Local officiating NewsThis is a featured page

14.4.2007

Finali gewwa l-Isvezja

Ir-referee nternazzjonali Malti tal-basketball Bernard Vassallo, tard il-gimgha li ghaddiet, irritorna minn gewwa l-Isvezja fejn huwa kien wiehed mill-ufficjali fil-Kampjonati Nordici tal-Klabbs ta’ taht l-20 u t-18 il-sena. Local officiating News - Basketball in Malta

Fil-fatt Vassallo kkontrolla seba’ partiti b’kollox gewwa l-Isvezja fejn fl-ahhar gurnata huwa kien maghzul bhala wiehed mir-referees ghall-finali (taht l-20 sena) principali tal-Kampjonati bejn Sandvika tan-Norvegja u Soder 08 mill-Isvezja.

Din il-finali giet mirbuha min-Norvegizi 61-48 u r-referees l-ohra flimkien ma’ Vassallo, li kien l-ewwel referee tal-partita, kienu d-Daniz Rune Larsen u Alexander Syrsta mill-Belarus. Local officiating News - Basketball in Malta

Lulea mill-Isvezja ghelbu lid-Danizi ta’ Horshol sabiex rebhu l-midalja tal-bronz fil-kategorija ta' taht l-20 sena.


Ritratt- Vassallo mdawwar minn Syrsta (xellug) u larsen (lemin) qabel il-finali


31.3.2007


Kampjonati 2007 Nordici Under 20 / Under 18

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jkun impenjat ghal darba ohra fix-xena Ewropja meta fil-granet li gejjin huwa se jmur gewwa Stokkolma, fl-Isvezja, fejn huwa se jkun wiehed mill-ufficjali li se jikkontrollaw il-partiti mill-finali tal-kampjonati Nordici 2007 ghall-klabbs ta’ taht l-20 sena kif ukoll t-18 il-sena.

Fil-fatt dawn il-kampjonati se jintlaghbu bejn l-4 u d-9 ta’ April fejn se jiehdu sehem l-aqwa skwadri ta’ klabbs ta’ dan l-istagun mill-Isvezja, Norvegja, Finlandja, Danimarka, Latvia, Estonia, Belarus u Litwanja.

Fl-istess hin li se jkun fi Stokkolma, Vassallo se jattendi ukoll clinic specjalizzat fuq is-sistema moderna ta’ tliet referees, liema clinic se jkun immexxi minn Richard Stokes li huwa wiehed mit-tliet ufficjali responsabbli ghar-referees internazzjonali fl-Ewropa.


18.2.2007

Nominazzjoni gewwa l-Italja ghal Leonard Falzon

Matul din il-gimgha se jkun hemm impenn internazzjonali FIBA ghall-kummissjunarju FIBA lokali, Leonard Falzon wara li rcieva nominazzjoni ohra mill-FIBA fl-ahhar granet. Local officiating News - Basketball in Malta

Fil-fatt Falzon ghada se jkun gewwa Parma, fl-Italja ghall-partita mill-kwarti tal-finali tal-Euro Cup femminili bejn Basket Parma u Taranto Cras (Italja) fejn ir-referees se jkunu l-Isloven Marko Vuckovic u l-Griega Maria Argirou.

Din hija l-ewwel loghba minn din is-serje ta’ home u away fejn il-partita ta’ ritorn gewwa Taranto tintlaghab fl-1 ta’ Marzu.



29.1.2007

Loghba mill-ahhar 16 gewwa l-Italja ghal referee FIBA lokali


Ghas-sitt darba dan l-istagun, minn mindu beda l-loghob f’Ottubru, ir-referee nternazzjonali FIBA Malti, Bernard Vassallo, se jerga jkun mpenja fil-kompetizzjonijiet Ewropew tal-klabbs wara li rcieva nominazzjoni ohra mill-FIBA fl-ahhar granet.

Fil-fatt, Vassallo gie nnominat sabiex ikun wiehed mill-ufficjali gewwa l-Italja ghall-konfront tal-play-offs ta’ l-ahhar 16 mill-FIBA EuroCup bejn Parma u t-team qawwi Tork minn istanbul, Besiktas, nhar il-Hamis 1 ta’ Frar.

Fil-fazi tal-gruppi, Besiktas kienu spiccaw l-ewwel fi Grupp B b’sitt rebhiet minghajr telfa waqt li Parma kienu gew it-tieni fi Grupp F b’erba’ rebhiet. I

z-zewg nahat b’hekk ghaddew ghall-loghob home u away ta’ l-ahhar 32 fejn Parma kkwalifikaw fuq Ruzomberok ta’ l-Islovakkja waqt li Besiktaw kisbu zewg rebhiet fuq l-Ispanjoli ta’ Gran Canaria.

Vassallo se jikkontrolla l-partita, li se tintlaghab fil-PalaCiti gewwa Parma, flimkien mar-referee Sloven, Matej Spendl, waqt li l-kummissjunarju FIBA se jkun Marjan Hafner.


15.1.2007
Partita fi Spanja (Salamanca) ghal referee FIBA lokali

Matul il-gimgha li gejja r-referee nternazzjonali FIBA Malti, Bernard Vassallo, se jerga jkun mpenjat, ghar-raba’ darba f’dan l-istagun attwali, fil-kompetizzjonijiet Ewropew tal-klabbs wara li rcieva nominazzjoni ohra mill-FIBA fl-ahhar granet. Local officiating News - Basketball in Malta

Fil-fatt, Vassallo gie nnominat sabiex ikun wiehed mill-ufficjali gewwa Spanja ghall-konfront mill-FIBA EuroLeague bejn ic-champions rispettivi ta’ Spanja u l-Ungerija, Avenida Salamanca u Mizo Pecs, nhar l-Erbgha 17 ta’ Jannar.

Avenida Salamanca bhalissa jinsabu fir-raba’ post fi Grupp B, kompost minn sitt teamijiet, waqt li l-igganti Ungerizi Mizo Pecs jinsabu ezattament qabilhom.

Il-programm ta’ loghob ta’ nhar l-Erbgha huwa l-ahhar wiehed fit-tieni stadju qabel ma’ l-kompetizzjoni tkompli bil-kwarti tal-finali.

L-Ispanjoli, li pjuttost b’sorpriza sfaw meghluba f’darhom mill-belgjani Dexia gimgha ilu, iridu bilfors rebha sabiex jaghmlu cert li jghaddu ghall-fazi li jmiss. Madankollu Pecs huwa team qawwi u ferm konsistenti (il-gimgha li ghaddiet huma ghelbu lit-team qawwi ta’ CSKA Moscow 71-69 gewwa l-Ungerija).

Fl-ewwel round Pecs, f’darhom, kienu ghelbu lil Salamanca 65-57.

Vassallo se jikkontrolla l-partita, li se tintlaghab fil-Pabellon Wurzburg gewwa Salamanca, flimkien mar-referee Belgjan, Vincent Delestree, waqt li l-kummissjunarju FIBA se jkun il-Portugiz Rui Valente.


12.12.2006



Partita fit-Turkija (Fenerbache) ghal referee FIBA lokali


Matul il-gimgha li gejja r-referee nternazzjonali FIBA Malti, Bernard Vassallo, se jerga jkun mpenjat, ghat-tielet darba f’dan l-istagun attwali, fil-kamp Ewropew wara li rcieva nominazzjoni ohra mill-FIBA fl-ahhar granet. Local officiating News - Basketball in Malta

Fil-fatt, Vassallo gie nnominat sabiex ikun wiehed mill-ufficjali gewwa t-Turkija ghall-konfront mill-FIBA EuroLeague bejn ic-champions rispetivi tat-Turkija u Franza, Fenerbache u USVO Olympique.

L-igganti tal-basketball tork, Fenerbache, bhalissa jinsabu jaqsmu t-tieni post fi Grupp C, kompost minn sitt teamijiet, flimkien ma’ Valencia (Spanja) b’erba’ rebhiet u zewg telfiet. Il-Francizi ta’ USVO jinsabu ezattament wara, tliet punti l-boghod u ghalhekk il-partita f’Istanbul hi probabilment l-ahhar cans ghalihom li jzommu t-tamiet, li jikkwalifikaw ma’ l-ahhar sittax fil-EuroLeague, hajjin meta fadal tliet partiti ghal tmiem din il-fazi ta’ loghob.

Vassallo se jikkontrolla l-partita, li se tintlaghab fil-padiljun Caferaga gewwa Istanbul, flimkien mar-referee Bukgaru, Miroslav Tomov, waqt li l-kummissjunarju FIBA se jkun is-Serb Tomislav Jovancic.

5.12.2006

Nominazzjoni gewwa l-Italja ghal Leonard Falzon


Matul din il-gimgha se jkun hemm impenn internazzjonali FIBA ghall-kummissjunarju FIBA lokali, Leonard Falzon wara li rcieva nominazzjoni ohra mill-FIBA fl-ahhar granet.

Fil-fatt Falzon se jerga jkun gewwa Priolo, Siracusa ghall-partita mill-Euro Cup femminili bejn Trogylos Priolo u BG Dorsten (Germanja) li se tintlaghab l-Erbgha 6 ta’ Dicembru, fejn ir-referees se jkunu l-Griega Maria Argirou w il-Kroat Alfred Jovovic. Local officiating News - Basketball in Malta

Dawn iz-zewg nahat jinsabu fi Grupp H u bhalissa qeghdin jaqsmu t-tieni post fil-klassifika b’zewg rebhiet u zewg telfiet rispettivament meta fadal zewg partiti ghal tmiem l-ewwel fazi.

Fl-ewwel post hemm il-Francizi Lille li diga huma certi minn post fil-fazi li jmiss.

Priolo kienu ghelbu lil Dorsten 76-57 fil-Germanja u ghalhekk rebha tiggarantilhom passagg ghall-fazi li jmiss tal-kompetizzjoni ti tibda f’Jannar.

Huma jistghu wkoll jitilfu b’anqas minn 19-il punt u xorta jghaddu (bid-differenza ta’ punti ahjar) jekk il-gimgha d-diehla huma jirbhu l-partita, li tidher facli fuq il-karta, kontra Rhonda ta’ Wales.

18.11.2006

Nominazzjoniet gewwa Spanja u l-Italja ghal ufficjali FIBA Maltin


Matul il-gimgha li gejja r-referee nternazzjonali FIBA Malti, Bernard Vassallo, kif ukoll il-kummissjunarju FIBA lokali, Leonard Falzon, se jerrghu jkunu mpenjati fil-kamp Ewropew wara li rcevew aktar nominazzjonijniet rispettivi mill-FIBA fl-ahhar granet.

Ir-referee nternazzjonali Malti tal-basketball, Bernard Vassallo, se jkun fl-azzjoni, ghat-tieni darba f’dan ix-xahar, fil-kamp Ewropew meta gie nnominat mill-FIBA sabiex ikun wiehed mill-ufficjali gewwa Spanja fit-tielet gurnata tal-FIBA Euro Cup. Fil-fatt Vassallo se jkun impenjat nhar l-Erbgha 22 ta’ Novembru meta se jikkontrolla l-partita li se ssir San Sebastian, Bilbao bejn l-Ispanjoli ta’ Hondarribia Irun u Aix en Provence ta’ Franza.

Dawn iz-zewg nahat jinsabu fi Grupp E u bhalissa jinsabu fl-ewwel zewg posizzjonijiet fil-klassifika bil-Francizi ghandhom zewg rebhiet waqt li l-Ispanjoli ghandhom rebha minn zewg partiti.

Vassallo se jikkontrolla l-partita, li se tintlaghab gewwa l-padiljun Hondartza, flimkien mar-referee Portugiz, Antonio Coelho, waqt li l-kummissjunarju FIBA se jkun Angel Romero.

Fl-istess waqt hemm wkoll impenn internazzjonali FIBA ghall-kummissjunarju FIBA lokali, Leonard Falzon. Fil-fatt Falzon se jerga jkun gewwa Priolo, Siracusa ghall-partita mill-Euro Cup femminili bejn Trogylos Priolo u Rhondda Rebels (Wales) li se tintlaghab ukoll il-Hamis 23 ta’ Novembru, fejn ir-referees se jkunu l-Ispanjol Vicente Bulto u l-Albaniz Albi Greva.

5.11.2006

Nominazzjoniet gewwa l-Italja ghal ufficjali FIBA Maltin


Il-kompetizzjonijiet ufficjali tal-klabbs fi hdan il-FIBA bhalissa jinsabu fit-tieni gimgha taghhom hekk kif fil-bidu ta’ Novembru nghata bidu ghall-loghob mill-gruppi.

Ir-referee nternazzjonali Malti tal-basketball, Bernard Vassallo, se jkun fl-azzjoni, ghall-ewwel darba f’dan l-istagun, fil-kamp Ewropew meta gie nnominat mill-FIBA sabiex ikun wiehed mill-ufficjali fl-ewwel gurnata tal-FIBA Euro Cup.

Fil-fatt Vassallo se jkun impenjat gewwa l-Italja nhar l-Hamis 9 ta’ Novembru meta se jikkontrolla l-partita bejn it-Taljani ta’ Cras Taranto u Tarbes ta’ Franza. Dawn iz-zewg nahat jinsabu fi Grupp D.

Vassallo se jikkontrolla l-partita, li se tintlaghab gewwa l-Pala Mazzola, flimkien mar-referee Kroat, Alfred Jovovic waqt li l-kummissjunarju FIBA se jkun it-Taljan Stefano Cazzaro.

Fl-istess waqt hemm wkoll impenn internazzjonali FIBA ghall-kummissjunarju FIBA lokali, Leonard Falzon. Fil-fatt Falzon se jkun gewwa Priolo ghall-partita mill-Euro Cup femminili bejn Trogylos Priolo u Lille (Franza) li se tintlaghab ukoll il-Hamis 9 ta’ Novembru, fejn ir-referees se jkunu l-Isvizzeru Fabrizio Pizio u l-Bosnjak Bojan Jovanic.

Il-gimgha li ghaddiet, Falzon kien ukoll fl-Italja fejn kien il-kummissjunarju FIBA ghall-loghba bejn Schio u Mondeville.


vassallobernard
vassallobernard
Latest page update: made by vassallobernard , Apr 16 2007, 2:10 PM EDT (about this update About This Update vassallobernard Edited by vassallobernard


view changes

- complete history)
Keyword tags: None
More Info: links to this page
There are no threads for this page.  Be the first to start a new thread.