Changes
Key: Additions Deletions
Finali irgiel Tieni loghba Siggiewi Smina 54 – Dakar Sliema Wanderers 52 (14-18, 31-25, 36-39) Sliema rebhu t-Tazza L. b’puntegg aggregate ta’ 118-102 Siggiewi rnexxielhom jirbhu t-tieni partita izda kienu Sliema Wanderers li spiccaw rebhu t-tazza Louis Borg ghal hames darba fl-istorja wara li gimgha qabel huma kienu fehtu vantagg sinjifikanti ta’ 18-il punt. Fi tmiem il-partita, il-klann ta’ Siggiewi xorta dehru kuntenti ghall-fatt li kisbu rebha li timlihom mill-lat psikologiku specjalment peress li kellhom ammont ta’ players nieqsa b’Addison Bonnici u loios Camilleri mwegghin waqt li Eman Xuereb u Steve Sammut kienu nieqsa. Minn naha l-ohra, Sliema Wanderers, li setghu jilghabu b’certa kalma konxji tal-vantagg li setghu iserhu rashom fuqu, rega kellhom lil Duncan Cuschieri mwegga’. Ghalkemm Siggiewi daqu l-vantagg darbtejn fl-ewwel minuti ghal 8-7 u 12-10 ftit wara, kienu Sliema li kienu aktar precizi fejn fl-ewwel perjodu huma kisbu erba’ 3-pointers, tnejn minn Michael Naudi u wiehed rispettiv minn Omar Said u Adrian Micallef. Fil-fatt, break ta’ 8-0 ghen sew lil Dakar sabiex jaghlqu l-ewwel perjodu 18-14 minn fuq. Bomba ta’ tliet punti minn Jean Paul Azzopardi tat bidu ghal run ta’ 9-2 minn Siggiewi ezatt kif bdiet it-tieni perjodu sabiex Smina marru 23-20 minn fuq. Sliema rpiljaw ftit u sahansitra regghu marru fuq vantagg minimu ta’ punt anke jekk kisbu 7 punti biss fil-perjodu. Kienu Siggiewi li ghalqu t-taqsima aktar precizi u run ta’ 8-1 poggiehtom 31-25 minn fuq fil-mistieh bl-ahhar punti jaslu minn David Camilleri. Kmieni fit-tinei taqsima basket minn Abraham Portelli pogga lil Siggiewi 8 punti minn fuq. Gara izda li Sliema bdew gejjin f’taghhom waqt li Siggiewi pjuttost ixxuttaw mill-lat ta’ punti fejn f’ghaxar minuti tat-tielet perjodu huma kisbu biss hames punti. Zewg 3-pointers minn Etienne Bezzina rispetiivmant taw bidu u ghalqu run pozittiva ta’ 12-1 minn Sliema fejn l-ahhar 3-pointer ta’ dan il-power forward pogga lil Sliema 39-36 minn fuq meta kien fadal ghaxar minuti u l-ahhar perjodu. Dan beda bi freethrows minn Davi Camilleri ghar-rebbieha izda xutt iehor mid-distanza ta’ Bezzina ghen lil Dakar jiksbu break ta’ 6-0. Madankolu Siggiewi rkupraw bi grinta u gaabu l-parita’ fuq 45-45 u 47-47 ftit wara. Said rega ta vantagg lil Sleima bi 3-pointer imma Siggiewi wiegbu mill-ewwel u freethrows minn Jena Paul Bonnici u Peter Shoults tefawhom fil-vantagg. Sliema kellhom cans ahhari izda fallewh biex tmeim il-partita rat lil Siggiewi jiksbu r-rebha. Wara l-loghba z-zewg nahat gew ipprezentati bil-medalji u tazez mill-Presiednet Emeritus tal-MBA, is-sur Luois Borg akkumpanjat mill-president tal-MBA, il-magistrat Tonio Mizzi. Ghal Sliema Wanderers dan kien ifisser ukoll it-tielet unur stagjonali mill-erbgha li ntlaghbu sa issa fejn issa fadal l-aqwa unur ta’ l-istagun, il-kampjonat. SIGGIEWI: A. Spiteri 7, I. Mercieca, D. Camilleri 15, J. Doughty, A. Portelli 13, JP Azzopardi 5, P. Shoults 6, JP Bonnici 8, M. Shoults, A. Huizer SLIEMA: M. Naudi 15, J. Zammit, C. Calleja, E. Bezzina 15, J. Galea, T. Vella, O. Said 7, A. Micallef 3, K. Baldacchino 2, S. Cassar 8, J. Gatt 2 REFEREES: Emmanuel Mangani, Jean Paul Sammut Tazza Louis Borg Nisa Hibs jirbhu r-raba’ unur stagjonali Hibs Medsea 124 – Depiro 93 (Skor aggregate) L-ewwel Loghba Hibs Medsea 43 – Depiro 41 (10-4, 23-18, 34-35) L-ewwel loghba ntemmet b’distakk zghir ta’ basket bejn dawn iz-zewg rivali biex kollox kellu jiddependi mit-tieni loghba li kellha tintlaghab anqas minn 48 siegha wara. Depiro gadu l-ewwel vantagg bi freethrows minn Joselle Cardona izda Hibs ghalqu l-ewwel perjodu 10-4 minn fuq wara zewg 3-pointers minn Lucienne Bezzina u Doreen Parnis rispettivament. Depiro kellhom fazi pozittiva fl-ewwel nofs tat-tieni perjodu fejn resqu sa punt il-boghod, 15-16 b’Sarah Pace u Rachel Camilleri precizi. Hibs wiegbu bi breka ta’ 7-0 u dan ghenhom sabiex l-ewwel taqisma ghalqet 23-18 favurihom. L-aqwa ta’ Depiro wasal fit-tielet perjodu li huma rebhu 17-11. Greta Zarb kisbet disa’ mill-punti, inkluz 3-pointer, u Depiro kienu 35-34 minn fuq filftuh ta’ l-ahhar perjodu fejn qabel kellhom ukoll vantagg ta’ sitt punti, 33-27 izda zewg 3-pointers minn Beverlee Zammit taw nifs lil Hibs. L-ahhar pejrodu kien xott mill-punti u wara li Zarb zammet lil Depiro 39-38 minn fuq, kienu hames punti minn Zammit li ghenu bi shih sabiex Hibs spiccaw fu qin-anha rebbieha. Hibs; C. Fenech, B. Zammit 13, F. Bianco, L. Bezzina 10, F. Tabone, M. Desira 1, D. parnis 13, A. Darmanin 4, S. Debono, M. Cutajar 2. Depiro: R. Camenzuli, C. Riolo, S. Pace 11, J. Cardona 5, A. Borg, R. Camilleri 11, A. Muscat, C. Hawkins, A. Sciberras 2, E. Vella, G. Zarb 12. Refs: Jean Paul Sammut, Alfred Carbonaro It-tieni loghba Hibs Medsea 71 – Depiro 52 (15-6, 41-23, 56-44) Break ta’ ghaxar punti u xuttijeit aktar preiciz fit-tinei eprjodu kienu l-fatturi principlai li Hibs irnexxielhom jirbhu t-tieni konfront b’vantgag sostanzjali u b’differneza kbira mill-ewwel partita. Depiro fehtu attenti u kienu huma li gawdew l-ewwel vantagg, 6-5, wara punti minn Rachel Camilleri u Joselle Cardona. Hibs ghalqu l-ewwel perjodu bi breka ta’ 10-0 b’Berverlee zammit l-aktar preciza bie ximbaghad huma komplew fit-tieni perjodu li rebhu 26-17. Ghalkemm Depiro kellhom lill-aqwa skorer tal-loghba, Greta Zarb, tikseb hdax-il punt fit-tieni perjodu, dan ma kienx bizejjed ghaliex Hibs bdew jweigbu mill-ewwel u lejn tmiem it-taqsima kisbu run ta’ 16-5 fejn minbarra Zammit kisn hemm kontribut minn Parnis u Caroline Fenech ghal 41-23 fil-mistrieh. Matul it-tielet perjodu, Depiro naqqsu ftit mill-izvantagg hekk kif rebhu l-perjodu 21-15 fejn Zarb u Sarah Pace kellhom zewg 3-pointers rispettivi waqt li Camilleri ziedet hames punti. Fuq in-naha opposta kienet ic-centre Fenech li kisbet zewg baskets u zewg freethrows waqt li Alexis Darmanin kellha zewg baskets. It-tamiet ta’ Depiro hadu daqqa ta’ harta hekk kif Hibs bdew l-ahhar pejrodu b’seba’ punti minghajr risposta ghal 63-44 u min hemm sa tmeim il-loghba z-zewg nahat qasmu l-loghob. Fi tmiem il-loghba, z-zewg nahat gew ipprezentati bil-medalji u tazez mill-Presiednet Emeritus tal-MBA, is-sur Luois Borg akkumpanjat mill-president tal-MBA, il-magistrat Tonio Mizzi. Ghal Hibs Medsea dan kien ifisser ukoll it-tielet darba li huma rebhu din it-tazza minbara li kien r-raba’ unur stagjonali minn daqstant kompettizjonijiet. Hibs; C. Fenech 13, B. Zammit 21, F. Bianco, L. Bezzina 7, F. Tabone, M. Desira 5, D. Parnis 11, A. Darmanin 12, S. Debono, M. Cutajar 2. Depiro: R. Camenzuli, C. Riolo, S. Pace 12, J. Cardona 6, K. Busuttil, A. Borg 2, R. Camilleri 9, A. Muscat, C. Hawkins, A. Sciberras, E. Vella, G. Zarb 23. Refs: Bernard Vassallo, Stephen Micallef Tieni Divizjoni Irgiel Fi tmiem il-gimgha gie fi tmiemu l-loghob mill-ewwel fazi tal-kampjonat tat-Tieni Divizjoni fejn issa jmiss li jibdew il-play-offs li fihom Melleiha jiltaqghu kontra SN Suns waqt li Mosta jiffacjaw lil Loyola. Mellieha SVS Leisures 56 – Mosta 48 (12-18, 31-34, 44-38) Mellieha SVS Leisures ghalqu l-ewel fazi minghajr telfa meta kisbu d-disa’ rebha konsekuttiva u l-hames wahda stagjonali fuq Mosta. Din ir-rebah ma kenitx facli u kellhom ikunu zewg breaks fit-tieni parti tal-loghba li qalbu l-olja favur Mellieha wara li Mosta gawdew hafna mill-vantagg fl-ewwel parti tal-konfront. Fil-fatt Mosta ghalqu l-ewwel perjodu 18-12 minn fuq grazzi ghal seba’ punti wara xulxin fl-ahhar mumenti fejn Sassoun Saakian kiseb nofs il-punti. It-tieni perjodu kien femr bilancjat b’Mellieha inaqqsu l-izvantagg ghal 3 punti, 34-31. Ghal Mosta Ray Muscat kellu seba’ punti waqt li Oliver Sammut kiseb zewg baskets waqt li ghall-leaders kien hemm tnax-il punt maqsuma bejn Ben Aquilina u Julian Naudi. Fl-ewwel partit tat-tielet perjodu Mosta marru 38-32 minn fuq wara erba’ punti minn Saakian izda dawn kellhom ikunu l-unici punti ta’ Mosta fil-perjodu hekk kif Mellieh asfruttaw ic-cans u kisbu 12-il punt minghajr risposta sabiex marru fil-vantagg 44-38. Minkejja li Mosta fethu l-ahhar perjodu b’zewg freeshots minn Muscat, kienu Mellieha li kisbu break ta’ 7-0 (permezz ta’ Joshua Aquilina u Robert Loporto) sabiex id-distakk kiber ghal 51-40. Mosta ppruvaw jirrimontaw izda Mellieha zammew il-kalma biex reggghu daqu r-rebh. Mellieha: S. Magro 3, M. Cauchi, J. Naudi 12, S. Aquilina 3, P. Magro, M. Camilleri, B. Aquilina 11, J. Aquilina 10, S. Grima, M. Pisani 8, R. Loporto 9. Mosta: K. Farrugia, R. Abela 2, M. Bonnici 2, K. Bonnici, A. Pace, R. Muscat 16, O. Sammut 8, M. Spiteri, L. Deguara, S. Saakian 20, J. Micallef. Refs: E. Mangani, J. Sammut Loyola Xuereb Installations 70 – SN Suns Bell Med 51 (21-8, 31-23, 52-38) Loyola ghamluhom erba’ rebhiet stagjonali fuq Suns hekk kif huma mill-ewwel battuti bdew iserrhu rashom mir-rizultat. Fil-fatt Loyola fethu bi hdax-il punt minghajr risposta u komplew sabiex temmew l-ewwel perjodu 21-8 minn fuq fejn kellhom lit-trio Graham Coleiro, Joe Vassallo u Joe Vella jaqsmu 17-il punt bejniethom. Suns tjiebu ftit waqt it-tieni perjodu fen kellhom ukoll 3-pointers minn Michael Barberi u Anthony Shoults izda xuttijiet simili minn Vella u Jean Falzon ghneu lil Loyola jibqghu fuq quddiem ghal 31-23 fil-mistrieh. Falzon u Vella qasmu tliet 3-pointers bejniethom hekk kif rega beda l-loghob u run ta’ 12-3 kompla jghin lil Looyla sabiex ziedu l-vantagg biz-zghazagh Keith Galea u Bernard Soler jaqmsu 9 punti fit-tielet perjodu.. Il-partuta dehret se tiehu zvolta ferm differenti filftuh ta’ l-ahhar perjodu hekk kif Suns ghaddew mill-aqwa mument taghhom b’run ta’ 13-4 li wasslithom hames punti minn taht, 51-56. Kienu Barberi, Hubert Agius u Michel Curmi l-aktar precizi ghalihom. Gara izda li minn hawn il-quddiem Suns naqsu milli jiksbu punt iehor waqt li Loyola rregistraw break ahari ta’ 14-0 sabiex kisbu r-raba rebha minn disa’ partiti. Loyola: K. Tedesco, G. Micallef, J. Vella 18, J. Falzon 13, B. Soler 10, J. Vassallo 6, S. Vella 2, K. Galea 5, P. Lentini 1, C. Grixti, J. Ransley 5, G. Coleiro 10. Suns: D. Agius 4, A. Camilelri 2, K. Genovese 4, R. Camilleri, H. Agius 8, M. Barberi 11, B. Cini, M. Curmi 10, A. Shoults 12, A. Bantick. Refs: J. Sammut, A. Micallef