Version User Scope of changes
Feb 20 2007, 10:36 AM EST (current) vassallobernard 1 word added, 1 word deleted
Feb 20 2007, 10:31 AM EST vassallobernard 2195 words added

Changes

Key:  Additions   Deletions
Bank of Valetta Knock-Out
L-ewwel Divizjoni Irgiel
Final

Mosta 73 – Loyola Xuereb Installations 67
(21-19, 42-33, 53-52)

Mosta rnexxielhom jiksbu dan l-unur f’din it-tieni kategorija tal-basketball lokali wara finali kumbattuta u bilancata u li setghet marret kull naha. B’mod kumplessiv il-vantagg alterna bosta drabi tul il-konfront izda l-aktar break importanti probabli kien dak li sehh tard fl-ahhar perjodu meta Mosta ppottjaw 12-il punt konsekuttiv u minn zvantagg ta’ 58-64 marru 70-64 minn fuq.

Basket minn Jonathan Ransley u erba’ punti minn Joe Vella (li kellu partita ferm pozittiva fil-hin li kien fuq il-court) fethu din il-final. Mosta wiegbu b’baskets mill-veterani Steve Gouder (li rritorna minn barra ghall-loghba) u Ray Muscat izda 3-pointers minn Vella u Clayton Agius zammew lil Loyola 12-7 minn fuq.

Break ta’ 8-0, bil-player coach Muscat protagonista, qalbu l-iksor ghall-ewwel darba favur Mosta u dawn amministrawh sa tmiem l-ewwel perjodu ghal 21-19 wara 3-pointe rlejn it-tmiem minn Vella ghal Loyola.

Iz-zewg nahat baqghu jirrispondu lil xulxin sakemm f’nofs it-tieni perjodu Mosta kisbu break ta’ 6-0 sabiex fethu vantagg b’figura doppja, 34-24, liema vantagg baqa evidenti sal-mostrieh, 42-33, wara li Muscat kiseb zewg xuttijiet ohra mid-distanza l-kbira ghar-rebbieha waqt li Loyola kellhom kontribut minn Patrick Lentini u Clint Grixti.

L-aqwa ta’ Loyola wasal fit-tielet perjodu meta huma kienu femr aktar precizi mill-avversarji. Vella kompla jippottja mghejjun minn shabu Trevor Grech, Graham Coleiro u Agius sabiex fis-seba’ minut tal-perjodu l-iskor sar wiehed ta’ parita’ 47-47 u sahansitra inqaleb favur l-istess Loyola 52-51 ftit wara.

Kienu free-throws lejn tmiem il-perjodu minn Oliver Sammut li ghenu lil Mosta jibdew l-ahhar perjodu b’vantagg minimu, 53-52. Ljen nofs l-ahhar perjodu Loyola dehru qawwija meta sitt punti wara xulxin minn Vella segwiti minn basket ta’ Grixti poggewhom 64-58 minn fuq.

Gara izda li Mosta kisbu 3-pointer minn Muscat li beda break ta’ 12-il punt konkluz bis-sitt 3-pointer ta’ l-istess Muscat waqt li kien hemm punti minn Sassoun Saakian u Mark Spiteri. Loyola qawwew it-tama hekk kif Grech kiseb bomba ta’ tliet punti ghal 70-67 imma lejn it-tmiem free-throws minn Rueben Abela accertaw ir-rebha ta’ Mosta.

Din kienet l-ewwel darba li Mosta rebhu dna l-unur wara finali mitlufa fl-2001, 2002 u 2005 waqt li ghal Loyola din kienet it-tieni sena li spiccaw finalisti telliefa (is-sena li ghaddiet kontra Qormi) Fi tmiem il-loghba is-sur Michael Galea, marketing managare tal-Bank of Valletta, ipprezenta t-tazza lir-rebbieha.

Mosta: J. Micallef 2, S. Saakian 19, M. Bonnici 2, K. Bonnici, A. Pace, R. Abela 2, R. Muscat 28, O. Sammut 8, M. Spiteri 2, L. Deguara, S. Schembri, S. Gouder 10.
Loyola: M. Farrugia, G. Micallef 1, J. Vella 23, J. Falzon, C. Agius 9, J. Vassallo 2, T. Grech 7, K. Galea, P. Lentini 5, C. Grixti 6, J. Ransley 8, G. Coleiro 6.
Refs: Bernard Vassallo, Jean Paul Sammut

Kampjonat Nazjonali Gatorade

Dakar Sliema Wanderers 87 – Floriana 56
(19-7, 36-25, 57-47)

Sliema, momentarjament, telghu wahedhom fil-quccata tal-klassifika wara li ghelbu lil Floriana ghatr-tieni darba fil-kampjonat Gatorade (fl-ewwel round l-iskor finali kien 96-40 waqt li kienu wkoll ghelbu lil Floriana 71-50 fil-BOV Knock-Out).

Minghajr il-koppja Michael Naudi u Adrian Micallef, Sliema xorta kellhom ftuh qawwi u sa kmieni fit-tieni perjodu huma diga kienu 26-9 minn fuq fejn fl-ewwel perjodu Omar Said u Silvio Cassar qasmu 11-il punt bejniethom hekk kif kisbu wkoll break massimu ta’ 12-0.

Floriana rabbew il-kunfidenza wara zewg 3-pointers wara xulxin minn Don Ross u Noel Falzon izda xuttijiet simili fuq in-naha l-ohra minn Said u Julian Galea ghenu lil Sliema jibqghu bl-istess distakk ghal 36-19 sakemm tard fit-taqsima Florian kisbu sitt punti konsekuttivi, kollha minn Gareth Gilson.

F’nofs it-tielet perjodu l-iskor kien 47-30 u hawn l-Furjanizi rregistraw l-akbar break taghhom fil-loghba b’ghaxar punti wara xulxin inkluz erba’ punti minn Bernardo Riolo sabiex issa kien hemm seba’ punti bejn iz-zewg nahat, 47-40.

Sliema malajr regghu hadu l-loghob f’idejhom u 3-pointers minn Said u Kristin Baldacchino tawhom vantagg b’figura doppja. Fl-ahhar perjodu s-superjorita tar-rebbieha regghet kienet evidenti b’said ikompli jzid mal-punti personali waqt li z-zghazagh Terence Vella, Jonathan Zammit, Andrew Southward u Clayton Calleja gawdew minn hin fuq il-court.

Tard fil-loghba c-centre Furjaniz Roderick Mifsud offra ftit spettaklu b’dunk. L-istess player spicca l-aqwa skorer tat-team tieghu bi 15-il punt.

Sliema: A. Southward, J. Zammit 3, C. Calleja 2, E. Bezzina 7, J. Galea 3, T. Vella 4, O. Said 31, D. Cuschieri 8, K. Baldacchino 10, S. Cassar 17, J. Gatt 2.
Floriana: R. Spiteri, N. Falzon 8, J. Paris, A. Sultana 3, B. Riolo 6, K. Borg 6, G. Gilson 12, R. Mifsud 15, G. Gauci Grech, D. Ross 6.
Refs: Gordon Barbara, Stephen Micallef, Alfred Carbonaro

Siggiewi Smina 72 – Qormi Kia 30
(17-13, 34-22, 54-26)

Wiehed jista facilment ihares lejn l-iskor finali u jassumi li Siggiewi grew bil-loghba pero dan ma jkunx ghal kollox minnu ghaliex il-Qriema taw prestazzjoni femr pozittiva fl-ewwel taqsima fejn bi grinta zammew kuntatt sew ma’ l-avversarji.

Gara izda li tlettax-il punt konsekuttiv minn Siggiewi Smina, kmieni fit-tieni taqsima, ghollew sew il-moral tar-rebbieha li permezz ta’ din ir-rebha regghu telghu jaqsmu l-ewwel post fil-klassifika.

Il-partita fethet bi 3-pointer minn Antoine Grech ghal Qormi izda Siggiewi malajr wiegbu bi 8 punti wara xulxin. Tard fl-ewwel perjodu l-iskor kien ta’ parita’ 11-11 wara basket minn Qormi ta’ Roberto Formosa. Sal-horb final ital-perjodu Siggiewi fethu distakk zghir 17-13 wara zewg 3-pointers minn David Camilleri.

Punti minn Wayne Grixti u Jason Dalli reeghu resqu lil Qormi aktar vicin izda fl-ahhar battuti tat-taqsima Siggiewi bdew ikunu aktar precizi u dahlu jistriehu b’vantagg ta’ 12-il punt wara li kisbu run ta’ 11-2 fejn Louis Camilleri u Addison Bonnici ghamlu l-aktar hsara.

L-andament tal-partita inbidel ghal kollox meta rega beda l-loghob fit-tieni taqsima hekk kif Siggiewi kienu superjuri waqt li Qormi naqsu milli jergghu jaqbdu r-ritmu tant li f’ghoxrin minuta tat-taqsima huma kisbu 8 punti biss, erbgha f’kull perjodu rispettiv.

Ghal Siggiewi kellu loghba pozittiva f’din it-taqsima Eman Xuereb waqt li Jean Paul Azzopardi tela’ wkoll ghal figura doppja.

Ta min isemmi l-fatt li l-coach ta’ Qormi, Alfred Mifsud, ghazel li jaghti bosta hin fuq il-court liz-zghazagh fl-iskwadra matul it-tieni taqsima. Esperjenza bhal din tista tghin sew fil-futur. Fuq in-naha opposta, il-coach Alex Farrugia wkoll laghab kwazi lill-players kollha fuq il-bank f’din li kienet it-tielet rebha stagjonali fuq Qormi wara successi ta’ 82-49 fl-ewwel round tal-kampjonat Gatorade u rebha ta’ 72-61 fl-MBA Shield.

Siggiewi: A. Spiteri, L. Camilleri 12, D. Camilleri 10, J. Doughty 5, A. Portelli 6, JP Azzopardi 10, P. Shoults 3, JP Bonnici 4, A. Bonnici 13, M. Shoults 2, S. Sammut, E. Xuereb 7.
Qormi: W. Grixti 13, A. Grech 3, K. Scicluna2, J. Anastasi, A. Camilleri, S. Farrugia, R. Formosa 2, J. Dalli 2, R. Baldacchino 2, C. Bugeja 2, S. Cauchi 4, A. Baldacchino.
Refs: Bernard Vassallo, Emmanuel Mangani, Jean Paul Sammut.

Bupa Luxol 91 – Depiro 44
(19-8, 37-21, 60-30)

Bupa Luxol ikkonsolidaw it-tieni post fil-klassifika, zewg punti taht il-koppja ta’ leaders prezenti, meta ghelbu b’certu failita lil Depiro biex pattew ukoll ghat-telfa li kienu sofrew kontra l-istess avversarji fl-ewwel round, 55-61.

Din id-darba Luxol fethu ferm aktar precizi u malajr kisbu vantagg sinjifikanti li mbaghad beda jizdied aktar ma ghadda l-hin. Zewg 3-pointers minn Alan Borg u baskets ta’ Steve Schembri u Jide Jetson poggew lil Bupa 16-4 minn fuq fit-tieni parti ta’ l-ewwel perjodu. Ghalkemm Depiro kellhom risposta zghira minn Emmanuel Lupo u Gavin Muscat,

Luxol komple wikunu superjuri u punti minn Robert Azzopardi u Dirk Schembri fit-tieni perjodu ghenuhom bi shih sabiex jaghlqu l-ewwel taqsima 36-21 minn fuq. Fil-ftuh tat-tielet perjodu kien hemm tmein punti wara xulxin minn Luxol b’Depiro jfallu milli jwiegbu b’certa konsistenza.

L-ahhar perjodu kien pjuttost ta’ formalita’ b’Luxol jiksbu total ta’ hames 3-pointers b’Borg jaghmilhom erbgha personali fil-loghba waqt li kein hemm xuttijiet ohra mill-boghod minn S. Schembri, Azzopardi kif ukoll Rueben Dalli.

Depiro taw ic-cans lil hafna miz-zghazagh (kien hemm ukoll nieqsa David Agius u Antoine Costa) fejn Billy Zammit u Andrew Aquilina qasmu ghaxar punti bejniethom waqt li muscat spicca l-aqwa skorer tat-team b’basket u sitt free-throws.

Luxol: C. Sammut 6, M. Mercieca 8, R. Azzopardi 16, M. Micallef 2, A. Borg 14, R. Dalli 3, D. Schembri 12, A. Bianchi, J. Jetson 16, S. Schembri 14.
Depiro: R. Vella 6, C. Cassar 3, M. Sammut, G. Muscat 8, A. Aquilina 5, A. Tabone 4, M. Mallia 6, B. Zammit 5, E. Lupo 5, I. Tanti 2.
Refs: Emmanuel Mangani, Stpehen Micallef, Anthony Micallef

Kif jinsabu
Gatorade Div 1 Men






Laghbu
Rebhu
Tilfu
Favur
Kontra
Pti
Siggiewi
8
7
1
608
438
15
Sliema
8
7
1
645
476
15
Luxol
8
5
3
645
422
13
Depiro
8
2
6
444
540
10
Qormi
8
2
6
431
609
10
Floriana
8
1
7
444
680
9

Kampjonat Peugeot Nisa

Loyola Xuereb Installations 52 – Kerygma 48
(6-11, 21-29, 33-39)

Din kienet partita fejn fin-nofs kien hemm it-tielet post fil-klassifika. Loyola bdew il-loghba b’rebha minn fuq u ghalhekk hafna mill-pressjoni kienet fuq Kerygma. Finalment kienu Loyola, l-aktar grazzi ghal wirja taghhom fl-ahhar perjodu, li fehtu vantagg ta’ zewg rebhiet fil-klassifka.

Ghal kwazi l-hin kollu fl-ewwel 32 minuta tal-loghba Kerygma kienu fuq quddiem. Fil-fatt huma fethu b’zewg free-throws minn Renette Debono u komplew fl-ewwel perjodu b’Josette Calleja tikseb hames punti ghal 11-6.

Punti minn Abigail Azzopardi ghenu lil Loyola jilhqu momentarjmanet lill-avversarji ghal 14-14. Madankollu sensiela ta’ baskets minn Calleja u Anabel Busuttil regghu poggew lil Loyola fil-vantagg u dahlu jistriehu 29-21 minn fuq.

Fl-ewwel battuti tat-tieni taqsima Loyola kisbu break, mibdi minn Denise Hollier, ta’ 9-0 izda Kerygma rrispondew mill-ewwel b’seba’ punti konsekuttivi minn Calleja.

Kmieni fl-ahhar perjodu basket minn Antida Zammit ghen lil Kerygma jmorru 41-35 minn fuq. Hawnhekk Loyola regghu hadu vantagg minimu, 42-41, b’Sandra Schembri Wismayer protagonista.

Tard fil-partita kien hemm 3-pointer minn Calleja li ta l-ahhar vantagg lil Kerygma, 47-46, bir-risposta ta’ Loyola tkun tliet punti minn Wismayer, basket ta’ Hollier u punt minn Ann Camilleri.

Loyola: M. Abela, J. Doughty, A. Azzopardi 7, C. Gauci, D. Hollier 10, K. Borg, A. Bonanno 2, F. Schembri 2, A. Camilleri 6, S. Schembri Wismayer 19, S. Barbara, K. Gouder 6.
Kerygma: C. Scicluna, A. Zammit 4, A. Agius, J. Calleja 26, L. Cauchi, C. Spiteri, E. Cutajar 3, M. Caruana 3, M. Borg, R. Debono 5, A. Farrugia, A. Busuttil 7.
Refs: E. Mangani, A. Micallef

Sliema Wanderers 65 – SN Suns JC Electrical Contractors 26
(7-8, 32-18, 49-22)

Kif kien mistenni Sliema kisbu d-double fuq SN Suns (55-21 fl-ewwel round) wara confront li huma aktar ddominaw kif beda jghaddi l-hin. Fil-fatt l-ewwel perjodu kien ferm bilancjat fejn SN Suns irnexxielhom ukoll jispiccaw 8-7 minn fuq b’erba’ punti rispettivi minn Petra Zammit u Diane Falzon.

Matul it-tieni perjodu Sliema feggew fuq quddiem u bdew izidu d-distakk b’konsistenza fejn Leanne Sciberras kompliet tikseb il-punti waqt li Francesca Farrugia kisbet 8 punti. Wara l-mistrieh Sliema rregistraw break massimu ta’ 15-0 tard fit-tielet perjodu.

F’dan il-mument kien hemm aktar punti minn Sciberras waqt li Lonicke Calleja kellha tliet baskets. Fl-ahhar perjodu Sliema komplew ikunu superjuri fejn Michela Loporto kellha 3-pointer waqt li Samantha Tabone u Chanel Galea qasmu 7 punti bejniethom.

Sliema: S. Tabone 4, A. Grixti, L. Calleja 10, L. Sciberras 24, M. Azzopardi 4, M. Loporto 8, D. McKeon 4, C. Galea 3, F. Farrugia 8, J. Lentini, S. Vella Bonnici.
Suns: A. Camilleri 2, N. Buhagiar 2, P. Zammit 4, M. Agius, L. Cremona 2, A. Battari 2, M. Bartolo, D. Falzon 14.
Refs: A. Micallef, J. Mangani

Hibs Medsea 92 – Luxol 39
(25-12, 47-21, 79-30)

Hibs baqghu mexjin fuq it-triq tar-rebh meta kisbu d-disa rebha konsekuttiva fil-kmapjonat Peugeot u t-tieni wahda fuq Luxol wara rebha ta’ 57-47 fl-ewwel round. Din id-darba ir-rebha ta’ Hisb kienet aktar evidenti wara li huma fethu vantagg ta’ figura doppja tard fl-ewwel perjodu wara break massimu ta’ 10-0 bil-koppja Lucienne Bezzina u Beverlee Zammit ferm precizi tant li spicca wjaqsmu 62 punt bejniethom.

Luxol kienu zammew vicin kmieni fil-loghba permezz ta’ punti minn Dawn Spiteri, Amanda Sciortino u Kirsten Micallef izda Hibs, wara l-break, komplew ikunu precizi u meta fetah it-tieni perjodu huma kisbu zewg 3-pointer skonsekuttivi ghal 31-12.

F’nofs il-loghba kien hemm 26 punt jifirdu liz-zewg nahat u dan id-distakk kiber aktar fit-tielet perjodu mirbuh minn Hibs 32-9. Luxol zammew aktar kuntatt fl-ahhar pejrodu imma sa dan il-hin ir-rebha keinet certa.

Ghal Luxol iz-zaghzugha Lara Chetcuti ghalqet b’hame sbaskets waqt li ghal Hibs MaruaMaria Desira kisbet l-ahhar punti tal-loghab u spiccat b’hames baskets u zewg free-throws.

Hibs: C. Fenech, B. Zammit 35, F. Bianco 2, L. Bezzina 27, F. Tabone, M. Desira 12, D. Parnis 6, A. Darmanin 6, S. Debono, S. Micallef, M. Cutajar 4.
Luxol: E. Moore 4, A. Sciortino 3, F. Psaila Savona 7, L. Chetcuti 10, R. Spiteri 4, J. Mangion 3, D. Spiteri 4, K. Micallef 3, J. Attard, N. Said 1.
Refs: JP Sammut, A. Carbonaro

Kif jinsabu

Nisa Peugeot League





Laghbu
Rebhu
Tilfu
Favur
Kontra
Pti
Hibs
9
9
0
638
310
18
Depiro
9
7
2
528
383
16
Loyola
9
6
3
462
386
15
Kerygma
10
5
5
461
497
15
Luxol
10
4
6
557
469
14
Sliema
9
2
7
361
501
11
Suns
10
0
10
213
674
10