Game press reports Maltese 1.4.2007This is a featured page

Fi tmiem il-gimgha rritorna l-loghob mill-Kampjonat Gatorade fejn inghata bidu kemm ghac-Championship Pool kif ukoll ir-Relegation Pool. F’din il-fazi kull rebha hija ferm importanti ghaliex it-team tellief ma jiehux punt ghat-telfa (bhal ma kien sehh fl-ewwel fazi). Fil-fatt, kawza ta’ hekk u wara r-rebha li Floriana kellhom fuq Depiro, it-taqtiegha ghar-relegazzjoni nfethet berah ghaliex issa Floriana qabzu lil Qormi u jinsabu punt biss taht Depiro, b’dawn ta’ l-ahhar jidhlu fil-periklu wara li qabel tmeim il-gimgha dehru li huma komdi fil-posizzjoni taghhom. Il-partita ta’ nhar il-Hamis bejn Floriana u Qormi tista tkun determinanti, specjlament ghall-Qriema li issa iridu bilfors jirbhu ghaliex inkella jaqghu ferm lura meta b’kollox hemm total ta’ erba’ loghbiet ghal kull team fit-tieni fazi. Mic-Championship Pool kien hemm ir-rebha minima ta’ Sliema Wanderers fuq Luxol biex issa Sliema jinsabu tliet punti fuq Siggiewi u hamsa fuq l-istess Luxol meta fadallhom tliet partiti. Meta Luxol u Siggiewi jiltagqhu nhar il-Hamis li gej, il-loghba tiehu mportanza meta l-pressjoni issa qeghda fuq Luxol ghaliex rebha ta’ Siggiewi tiftah distakk ta’ erba’ punti bejn dawn iz-zewg nahat waqt li b’rebha, Luxol jilhqu lill-istess avversarji.
Relegation Pool
Floriana 64 – Depiro 53 (13-18, 27-27, 48-41)
Ghall-ewwel darba f’erba’ partiti stagjonali, Floriana rnexxielhom jeghlbu lil Depiro u din ir-rebah ma setghetx tasal f’hin aktar opportune ghalihom gheliex peremzz taghha nqalghu mill-ahhar post u tefghu pressjoni fuq Qormi li issa jinsabu fil-qiegh izda b’partita anqas. Il-Furjanizi wrew l-ahjar idejat f’dan il-konfront waqt li Depiro dehru ferm barra mill-forma tas-solitu u l-aram ewlenija taghhom, il-heffa, ftit dehret tul il-loghba. Kienu Floriana, wara li z-zewg nahat damu kwazi tliet minuti qabel kisbu l-ewwel punti rispettivi, li hadu l-ewwel vantagg 6-2 wara zewg 3-pointers konsekuttivi, ferm barra mis-solitu, mit-twil Roderick Mifsud. Baskets rispettivi minn Roderick Vella u Emmanuele Lupo (li kellhom prestazzjonijiet kemmxejn deludenti) gabu l-parita’ 8-8 ghal Depiro izda Floriana wiegbu bi 3-pointe rminn Bernardo Riolo. Hawnhekk Depiro ghaddew mill-aqwa fazi tgahhom fil-loghba meta rregistraw break ta’ 10-0 b’hames palyers differenti jikkontrubwixxu fil-punti. Il-vantagg ta’ Depiro kien ta’ seba’ punti, 20-13 wara basket inizzjali minn Lupo. Madankollu kienu Floriana li wiegbu bi grinta u kisbu run ta’ 14-2 b’hames punti minn Riolo u 8 punti maqsuma bejn Don Ross u Gelnn Gauci Grech ghal 27-22. Sa hi nil-mistrieh Depiro kisbu l-parita wara basket minn David Agius u 3-pointer ezatt mal-horn finali ta’ Antoine Costa. Azzjoni ta’ tliet punti minn Alex Tabone poggiet lil Depiro fil-vantagg kmieni fit-tielet perjodu izda wara li Floriana regghu gabu l-parita, huma komplew bi break ta’ 10-0 sabiex marru 43-34 minn fuq. Ghalkemm Depiro kellhom zewg 3-pointers minn Costa, kienu Floriana li ghalqu l-perjodu 48-41 minn fuq wara aktar punti minn Riolo u 3-pointer minn Karl Borg. Depiro dehru li se jirrimontaw hekk kif Lupo u Tabone kisbu punti fl-ewwel battuti ta’ l-ahhar perjodu ghal 50-47 izda 3-pointe riehor minn Borg u basket minn Noel Falzon taw nifs qawwi lil Floriana sabiex huma marru 56-48 minn fuq. Ghal darba ohra Depiro dehru jaghfsu ghal rimonta fejn waslu sa hames punti minn taht, 53-58, qabel kien hemm sitt punti konsekuttivi minn Floriana li temmew il-loghba. Floriana: R. Spiteri, N. Falzon 10, J. Paris, A. Sultana 4, B. Riolo 13, K. Borg 14, G. Gilson, R. Mifsud 10, G. Gauci Grech 4, D. Ross 9. Depiro: R. Vella 5, C. Cassar, M. Sammut 6, G. Muscat 2, A. Aquilina 2, A. Tabone 12, M. Mallia, B. Zammit 2, E. Lupo 9, A. Costa 11, J. Ciappara, D. Agius 4. Refs: Bernard Vassallo, Emmanuel Mangani, Alfred Carbonaro

Championship Pool
Dakar Sliema Wanderers 61 – Bupa Luxol 59 (15-15, 27-31, 47-44)
Kienu Sliema Wanderers li fehtu aktar precizi u marru 13-6 minn fuq kmieni fil-loghba b’Silvio Cassar jkollu erba’ freethrows waqt li Etienne bezzina kiseb 3-pointer. Madankollu Luxol malajr irrispondew u sa tmiem l-ewwel perjodu huma gabu l-parita 15-15 fejn Steve Schembri u Marco Mercieca qasmu 9 punti bejniethom. Bupa Luxol komplew fuq in-nota pozzittiva meta beda l-loghob fit-tieni perjodu meta marru 27-19 minn fuq bi 3-pointers minn S. Schembri u Chris Sammut. Hawnhekk kien hawn break ta’ 8-0 minn naha Slimiza biex l-iskor sar ta’ parita fejn minbarra xutt ta’ 3 punti iehor minn Bezzina kien hemm ukoll erba’ punti minn Michael Naudi. L-ewwel taqsima izda ghalqet 31-27 favur Bupa Luxol meta dawn kellhom erba’ punti ahharija minn Dirk Schembri. L-istess player zamm lil Luxol momentarjament minn fuq filftuh tat-tieni taqsima 34-31 qabel ma’ Sliema feggew fil-vantagg wara seba’ punti wara xulxin b’Cassar l-aktar preciz. Immexxija minn Sammut u b’bakset ukoll minn Alex Bianchi, Luxol ma damux ma jwiegbu izda sa tmiem it-tielet perjodu kienu Sliema li baqghu minn fuq, 47-44, b’zewg baksets lejn l-ahhar battuti minn Naudi. Kmieni fl-ahhar perjodu Luxol regghu marru minn fuq 49-48 wara basket minn Edgar Caruana Montaldo segwit mill-ewwel bi 3-pointer minn Sammut. Ghalkemm Sliema rrispondew, kienu Luxol li ziedu l-vantagg ghal 56-53 wara 3-pointer minn S. Schembri. Il-hin beda riesaq lejn it-tmiem u hawn Sliema kisbu zewg freethrows minn Cassar u Kirstin Baldacchino rispettivament. Luxol gabu l-parita permezz ta’ S. Schembri, 58-58 imma fuq in-naha opposta Omar Said rega pogga lil Sliema basket minn fuq. Luxol fallew hames freethrows minn sitta fl-ahhar hinijiet u fl-ahhar sekondi kien Jefferey Gatt li ppottja freeshot minn tnejn ghal Sliema. Bl-iskor 61-59 Luxol kellhom ftit sekondi ghall-ahhar tentattiv imma fallew il-mira. Sliema: M. Naudi 13, J. Zammit, C. calleja, E. Bezzina 10, J. Galea, A. Southward, O. Said 9, A. Micallef 4, D. Cuschieri, K. Baldacchino 8, S. Cassar 16, J. gatt 1. Refs: Bernard Vassallo, Stephen Micallef, Alfred Carbonaro
Kif jinsabu
Gatorade Div 1 Men






Laghbu
Rebhu
Tilfu
Favur
Kontra
Pti
Championship Pool




Sliema
11
10
1
853
658
21
Siggiewi
10
8
2
739
572
18
Luxol
11
6
5
861
603
16
Relegation Pool




Depiro
11
4
7
628
696
14
Floriana
11
2
9
610
900
13
Qormi
10
2
8
533
743
12

Kampjonat Tieni Divizjoni
Jibdew il-play-offs Fi tmiem il-gimgha bdew il-play-offs ta’ din il-kategorija fejn ntlaghbet l-ewwel partita miz-zewg serje ta’ semifinali fuq l-ahjar minn tliet partiti.

Mellieha SVS Leisures 65 – SN Suns Bell Med 44 (20-12, 30-18, 44-27)
Mellieha komplew bit-trqi tar-rebh dan l-istagun meta kisbu l-ewwel rebha fis-serje u iisa jonqoshom rebha ohra sabiex jghaddu ghas-serje finali. SN Suns ma setghux izommu l-pass ma’ l-avversarji u aktar ma ghadda l-hin d-distakk beda jikber sakemm kien hemm rimonta zghira fl-ahhar perjodu, izda Mellieha ma damux ma jirrispondu u ghalqu bi break ta’ 11-0. Punti minn Joshua Aquilina, Roberto Loporto u Julian Naudi poggew lil Mellieha 13-4 minn fuq. Ghalkemm Suns kellhom 3-pointer minn Michel Curmi u punti mill-ahwa Hubert u Daniel Agius, Mellieha xorta baqghu kmandi u ghalqu l-ewwel perjodu 20-12 minn fuq fejn kien ehmm ukoll tmien punti maqsuma bejn Michael Pisani u Saviour Magro. It-tieni pejrodu kien l-aktar wiehed nieqes mill-punti meta ntemm 10-6 biss favur ir-rebbieha fejn Curmi kellu 4 punti ghal Suns waqt li Samuel Aquilina kiseb tliet baskets ghal Melliehin. Matul it-tielet perjodu Mellieha komplew izidu l-vantagg ghal 44-27 fejn kellhom ukoll break konklussiv ta’ 6-0 b’Naudi l-aktar preciz. Wara li l-istess Mellieha ziedu l-vantagg ghal 22 punt, 54-32, kienu Suns li kisbu breka massimu ghalihom fil-loghba ta’ 8-0 (b’punti wkoll minn Robert Camilleri). Madankollu r-risposta fuq in-naha opposta kienu 11-il punt minghajr risposta sabiex Mellieha accerstaw ruhhom b’mod definit mir-rebha. Mellieha: S. Magro 12, M. Cauchi 3, J. Naudi 14, S. Aquilina 10, P. Magro, B. Aquilina 2, J. Aquilina 7, M. Camilleri, S. Grima, M. Pisani 11, R. Loporto 6. Suns: D. Agius 4, A. Camilleri, K. Genovese, R. Camilleri 5, H. Agius 14, M. Barberi 6, B. Cini, M. Curmi 13, A. Shoults, A. Bantick 2. Refs: Stephen Micallef, Anthony Micallef

Loyola Xuereb Installations 56 – Mosta 52 (8-10, 22-22, 39-42)
Loyola kellhom bidu pozittiv ghal din is-serje meta rnexxielhom jiehdu l-ewwel loghba biex tefghu pressjoni qawwija fuq l-avversarji taghhom li ma jistghux issa jfallu fil-partita li jmiss. L-ewwel perjodu kien wieehd nervuz bil-punti kemxjen skarsi meta l-iskor wara ghaxar minuti kien ta’ 10-8 favur Mosta bi Steve Gouder u Ray Muscat jaqsmu 6 punti bejniethom. Il-bilanc baqa evidenti anke fit-tieni perjodu tant li l-ewwel taqisma ntemmet f’parita’ 22-22 fejn ghal Loyola Graham Coleiro kien diga kiseb erba’ baskets , wiehed aktar minn siehbu Jonathan Ransley waqt li sassoun Saakian kien l-aktar preciz ghall-Mostin. Sean Pace u Michel Farrugia taw vantagg inizzjali lil Loyola fit-tieni taqsima, 26-22, izda Mosta malajr qalbu l-iksor ghal 30-27 wara 3-pointers minn Muscat u Oliver Sammut. Dan ta’ l-ahhar kiseb sitt punti personali wara xulxin u ghen lil Mosta jibqghu minn fuq izda Loyola wiegbu mill-ewwel ghal parita’ ta’ 36-36. Hawnhekk Mosta kisbu break ta’ 6-0 izda t-tielet perjod ghalaq bi 3-pointer fuq in-naha opposta permezz ta’ Clint Grixti ghal 42-39 favur Mosta. L-ahhar perjodu beda b’bakset iehor mill-guard Sean Pace ta’ Loyola yu danw komplew ghal vantagg ta’ 49-44 wara punti minn Coleiro u Stefan Vella. Mosta ppruvaw jirrimontaw imma fallew xi freethrows watq li Loyola kisbu baskets importanti ghal 55-49. Mosta dahlu bl-ahhar cans meta resqu sa tliet punti l-boghod, 52-55 wara punti minn Rueben Abela u Adrian Pace izda freethrow ahhari minn Joe Vella kkonferma r-rebha ta’ Loyola. Loyola: M. Farrugia 6, G. Micallef, J. Vella 5, J. Falzon, B. Soler 2, J. Vassallo 3, S. Vella 4, K. Galea, S. Pace 8, C. Grixti 5, J. Ransley 8, G. Coleiro 15. Mosta: R. Abela 4, M. Bonnici 3, K. Bonnici, A. Pace 1, R. Muscat 9, O. Sammut 12, S. Gouder 9, S. Saakian 12, J. Micallef 2. Refs : Emmanuel Mangani, Jean Paul Sammut

Kampjonat Peugeot Nisa
Championship Pool
Hibs Medsea 63 – Loyola Xuereb Installations 48 (13-10, 29-24, 47-27)
B’din ir-rebha Hibs ghamlu cert minn post fil-finali tal-lay-offs ghall-Kampjonat ghaliex fethu distakk ta’ 7 punti fuq l-istess Loyola meta z-zewg nahat fadallhom tliet partiti qabel il-finali. Loyola zammew kuntatt mill-vicin sa tmiem l-ewwel taqisma imma mbaghad Hibs rebhu t-tielet perjodu 18-3 u litteralment ghamlu cert mir-rebha. Ghal Hibs kien hemm in-nuqqas tal-captian Lucienne Bezzina fejn instemghet ukoll i-possibilta li din se titlef il-kumplament ta’ l-istagun. Sandra Schembri Wismayer tat l-ewwel vantagg lil Loyola u ghalkemm Hibs wiegbu kwazi mill-ewwel, Loyola baqghu jgawdu l-vantagg 9-7 wara 3-pointer minn Ann Camilleri. Kienu baskets lejn tmiem l-ewwel perjodu minn Doreen Parnis u Alexis Darmanin li ghenu lil Hibs jaghlqu l-istess perjodu 13-10 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni perjodu Hibs dehru li se jibdew jinqatghu fuq quddiem wara li marru 19-11 minn fuq izda Loyola urew karattru u sa minuta minn tmiem it-taqsima huma waslu sa punt il-boghod, 24-25 wara punti minn ismayer, Jean Doughty, Adalia Bonanno u zewg 3-pointer minn Sammy Jo Barbara. It-taqsima izda ghalqet 29-24 ghar-rebbieha wara punti minn Parnis biex imbaghad Hibs iddominaw it-tielet perjodu fejn kellhom ukoll break ta’ 8-0 sabiex ghaxar minuti mit-tmiem l-iskor kien 47-27. L-ahhar perjodu kien pjuttost formalita b’Loyola jergghu jsibu t-triq lejn il-bakset avversarju biex tellghi puntegg aktar rispettabli b’Camilleri tikseb tliet 3-pointers fil-perjodu. Minn naha opposta, Hibs xorta rebhu l-perjodu 21-16 fejn kien hemm zewg 3-pointers minn Beverlee Zammit waqt li Parnis ziedet 7 punti ohra. Hibs: C. Fenech 6, B. Zammit 17, F. Bianco, F. Tabone 2, M. Desira 5, D. parnis 24, A. Darmanin 9, S. Debono, M. Cutajar. Loyola: M. Abela, J. Doughty 5, A. Azzopardi, E. Falzon, D. Hollier 1, K. Borg, A. Bonanno 4, F. Schembri, A. Camilleri 13, S. Schembri Wismayer 15, S. Barbara 8, K. Gouder 2. Refs: John Paul Sammut, Anthony Micallef

Classification Pool
Kerygma 57 – Sliema Wanderers 55 (16-8, 30-26, 45-42)
Kerygam pattew ghat-telfa li keinu sofrew ftit gimghat ilu kontra l-istess avversarji biex issa telghu fuq dsatax-il punt fil-klassifika. Il-partita kienet bilancjata u giet deciza fl-ahhar hinijiet wara li Sliema kienu punt minn fuq, 55-54, izda basket minn Elaine Cutajar ta’ r-rebha lil Kerygma. Kmieni fit-tieni perjodu Kerygma dehru li se jkunu kmandi fil-loghab hekk kif kienu 18-8 minn fuq b’Josette Calleja diga tikseb 12-il punt, inkluz zewg 3-pointers. Sliema, izda, fethu l-loghba bi break ta’ 9-0 b’Chanel Galea u Dana McKeon l-aktar precizi wara li aktar kmieni kellhom tliet baskets minn Ariana Grixti li spiccat l-aqwa skorer tat-team bi 18-il punt. B’Calleja tibqa ssib il-punti, Kerygma ghalqu l-ewwel taqsima 30-26 minn fuq u f’nofs it-tielet perjodu marru wkoll 42-33 fil-vantagg wara 3-pointers minn Lara Cauchi u Elaine Cutajar. Il-loghba regghet infethet meta Sliema kisbu run ta’ 9-1 bi Grixti u Samatha Tabone precizi sabiex kien hemm punt biss jifred liz-zewg nahat, 43-42. Tul l-ahhar perjodu Kerygma baqghu jzommu ftit vantagg b’Renette Debono tikseb xi punti ghal 50-47. Gara izda li Sliema ghaddew minn mumnet pozittiv u feggew 55-54 minn fuq. L-iskor sar ta’ parita’ wara freethrow wiehed minn Calleja biex imbaghad Cutajar kisbet il-basket tar-rebha ghal Kerygma. Kerygma: A. Zammit, A. agius, J. Calleja 26, L. Cauchi 5, C. spiteri, E. Cutajar 9, M. Caruana, M. Borg, R. Debono 15, A. Farrugia 2, A. Busuttil. Sliema: S. Tabone 6, A. Grixti 18, L. Calleja 4, L. Sciberras 9, M. Azzopardi. M. Loporto, D. McKeon 6, C. Galea 7, F. Farrugia 5, J. Lentini, S. Bonnici. Refs: Alfred Carbonaro, Jennifer Mangani

Luxol 67 – SN Suns JC Electrical Supplies 29 (15-8, 39-16, 56-23)
Luxol ma naqsux milli jiksbu rebha meritat fuq SN Suns biex issa ghandhom ghoxrin punt fil-klassifika. SN Suns zammew kemmxej il-pass sa l-ewwel mumenti tat-tieni perjodu ghal 12-19 izda minn haw nil-quddiem Luxol kisbu breaks rispettivi ta’ 8, 10 u 11-il punt biex id-distakk kiber sostanzjalment. B’sitt punti minn Amanda Sciortino u 3-pointer minn Nicola Said, Luxol ghalqu l-ewwel perjodu 15-8 minn fuq fejn ghal Suns kien hemm erba’ punti minn Diane Falzon. Punti minn Nicolette Buhagiar u Maria Agius zamme will Suns seba’ punti l-boghod imma hawn Luxol hadu l-loghob f’idejhom u 14-il putn maqsuma bejn iz-zghazagh Emma Moore u Julianne Attard wassluhom ghal skor ta’ 39-16 fil-mistrieh. Justine Mangion u sciortino kkombinaw bejniethom ghal break ta’ 11-0 f’nofs it-tielet perjodu sabiex Luxol komplew izidu l-vantagg u l-ahhar perjodu kien biss ta’ formalita. Luxol: E. Moore 10, A. Sciortino 11, N. Said 5, F. Savona 13, D. Muscat 2, R. Spiteri 6, J. Mangion 10, K. Micallef, L. Chetcuti 2, J. Attard 8. Suns: A. Camilleri, N. Buhagiar 8, P. Zammit, M. Agius 4, L. Cremona 7, A. Battari 4, D. Falzon 6. Refs : Emmanuel Mangani, Clive Terribile


Nisa Peugeot League




Championship Pool





Laghbu
Rebhu
Tilfu
Favur
Kontra
Pti
Hibs
13
13
0
949
467
26
Depiro
12
9
3
697
538
21
Loyola
13
7
6
647
623
19
Classification Pool




Luxol
13
7
6
743
557
20
Kerygma
13
6
7
604
666
19
Sliema
13
3
10
559
720
15
Suns
13
0
13
277
907
12


vassallobernard
vassallobernard
Latest page update: made by vassallobernard , Apr 2 2007, 3:37 AM EDT (about this update About This Update vassallobernard Edited by vassallobernard


view changes

- complete history)
Keyword tags: None
More Info: links to this page
There are no threads for this page.  Be the first to start a new thread.