Version User Scope of changes
Apr 16 2007, 2:47 PM EDT (current) vassallobernard 3 words added, 4 words deleted
Apr 16 2007, 2:44 PM EDT vassallobernard 1734 words added

Changes

Key:  Additions   Deletions
Kampjonat Gatorade Championship Pool
Dakar Sliema Wanderers 79 – Siggiewi Smina 67 (16-20, 31-29, 58-36)
Dakar Sliema Wanderers, li kienu diga certi minn post fis-serje finali tal-play-offs, ziedu l-vantagg taghhom f’ras il-klassfika ghal tliet punti meta ghelbu lir-rivali Siggiewi biex issa it-taqtiegha ghat-tieni post fil-finali se jkun missielet bejn l-istess Siggiewi u Luxol (bis-Siggiwin igawdu erba’ punti vantagg) u l-konfront bejn dawn l-istessLuxol zewgu nahatSliema nhar il-Hadd li gej izzid fl-importanza ghax huwa l-ahhar cans ghal Luxol.
Sa nofs il-loghba l-partita deheret li se tkun indeciza ghaleix kien hemm biss basket normali jifred liz-zewg nahat. Gara izda li tul it-tielet perjodu Sliema hasdu lill-avversarji fejn anke approfitaw ruhhom minn bosta turnovers biex rebhu l-perjodu 27-7 u fethu distakk komdu ta’ aktar minn ghoxrin punt.
Kien imbaghad fl-ahhar minuti tal-loghba li Siggeiwi rnexxielhom jtellghu skor aktar rispettabli. Kienu Siggiewi Smina (li rega kellhom lil Louis Camilleri nieqes minhabba injury) li hadu l-ewwel vantagg b’baskets minn Addison Bonnici u Albert Spiteri u ghalkemm Sliema rrispondew l-aktar permezz ta’ Omar Said u Michael Naudi, kienu s-Siggiwin li kisbu break ta’ 8-0 fejn minbarra Bonnici kien hemm kontribut offensiv minn Peter Shoults u Abraham Portelli ghal vantagg massimu ta’ 19-10.
Azzjoni ta’ tliet punti minn Jeffrey Gatt tat bidu ghal run ta’ 6-1 minn Sliema sabiex id-distakk bejn iz-zewg nahat nizel ghal 4 punti wara ghaxar minuti loghob. It-tieni perjodu beda bil-Wanderers jippottjaw disa’ punti konsekuttivi permezz ta’ Kirstin Baldachcino u Said. A. Bonnici wiegeb ghal Siggiewi imma Sliema komple sabiex marru 31-24 min fuq. Fl-ahhar mumenti ta’ l-ewwel taqsima Smina regghu fethu l-loghb ahekk kif bil-freethrows resqu sa zewg punti minn taht, 29-31.
Xutt ta’ tliet punti minn Duncan Cuschieri fetha it-tieni taqsima hekk kif Sliema kisbu seba’ puntio minghajr risposta. Minkejja li Portelli skurja basket ghal siggiewi, kienu Sliema li komplew ikunu precizi u hawn rregistraw l-akbar break tal-loghba, 13-0, sabiex fethu vantagg ta’ ghoxrin punt, 51-31.
Dan il-vantagg sahansitra kompla jizdied sa tmiem it-tielet perjodu ghal 58-36. Ghall-ewwel parting ta’ l-ahhar perjodu Sliema baqghu jamministraw il-vantagg li kellhom ghal 68-46. Ftit wara Siggiewi rabbew ftit kunfidenza u kisbu break ta’ 7-0 b’David Camilleri (li kiseb 17-il punt fl-ahhar perjodu) l-aktar preciz. Il-hin kien favur Sliema ghalkemm Siggiewi bdew inaqqru mid-distakk sa 63-72. Fl-ahhar minuti Siggiewi ppruvaw iwaqqfu l-arlogg imma Sliema kisbu bosta mill-freeshots b’Said jghaqqad it-tletin punt personali.
Sliema: M. Naudi 14, J. zammit 1, C. calleja, E. Bezzina 4, J. Galea, T. Riolo 1, O. Said 31, A. Micallef, D. Cuschieri 9, K. Baldacchino 6, S. Cassar 6, J. gatt 7.
Siggiewi: A. Spiteri 2, S. Sammut 3, D. Camilleri 21, J. Doughty, A. Portelli 7, JP Azzopardi, P. Shoults 7, JP Bonnici 4, A. Bonnici 23, A. Huizer, E. Xuereb.
Refs: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Stephen Micallef

Relegation Pool
Depiro 72 – Qormi Kia 55 (25-5, 38-12, 51-31)
Depiro ghamlu pass importanti lejn is-salvazzjoni meta rritornaw ghar-rebh u fethu mhux biss distakk ta’ zewg punti fuq l-istess avversarji fil-klassifika izda distakk ta’ tliet punti fuq Floriana biex issa it-taqtiegha ghar-relegazzjoni tidher li se tkun bejn il-Furjanizi u l-Qriema. L-ewwel minuti tal-partita kienu femr determinanti ghaliex Depiro hasdu lill-avversarji u b’uzu tal-heffa, u anke billi approfittaw minn numru ta’ turnover mill-Qriema, huma fethu vantagg ferm sinjifikanti ta’ ghoxrin punt sa tmiem l-ewwel perjodu. Fil-fatt Depiro kisbu l-ewwel 15-il punt tal-loghba bl-aqwa skorer tal-konfront, Emmanuele Lupo jippottja l-ewwel sitt punti tal-loghba waqt lid avid agius zied hames punti minn naha tieghu.
Wraa li kisbu l-ewwel punt minnfreethorw ta’ Roberto Formosa, Qormi kisbu l-ewwel basket fuq azzjoni ezattament wara seba’ minuti loghob permezz ta’ Adrian Baldacchino. Madankollu Depiro malajr regghu kienu superjuri u 3-pointer minn Roderick Vella, li bejnu u siehbu Lupo Depiro kisbu 46 punt, ta’ bidu ghal break ta’ 8-0 qabel ma’ l-perjodu ntemm b’bakset mal-horn mill-guard ta’ Qormi Wayne Grixti.
Fl-ewwel parti tat-tieni perjodu Depiro komple wizidu l-vantagg ghal 32-7 u kien biss lejn l-ahhar mumenti qabel il-mistrieh li Qormi bdew isibu t-trqi lejn il-basket avversarju ghalkemm wara 20 minuta ta’ loghob kien hemm 26 punt jifirdu liz-zewg nahat, 38-12. Sitt punti, inkluz 3-pointer, minn Lupo poggew lil Depiro f’vantagg massimu ta’ 30 punt, 44-14 kmieni fit-tieni taqsima u r-rebha dehret carissima fejn sejra. Hawnhekk Qormi ghaddew minn l-aqwa mument taghhom mta kisbu 11-il punt minghajr risposta b’basket u 3-pointer minn Keith Scicluna.
Depiro xorta baqghu kmandi u sa tmiem it-tielet perjodu huma kienu ghadhom trankwilli b’vantagg ta’ ghoxrin punt, 51-31. L-ahhar perjodu kien movimentat u bilancjat u anke kein l-aktar wiehed li kien fih punti b’total ta’ 45 b’Qormi jirbhuh 24-21. F’dawn l-ghaxar minuti Vella resaq sew vicin siehbu Lupo fit-total ta’ punti waqt li Clint Cassar u Antoine Costa qasmu erba’ baskets ghar-rebbieha. Min naha ta’ Qormi kien hemm hames punti rispettivi minn Grixti u Andrew Camilleri waqt li Rueben Baldacchino kiseb seba’ punti nkluz 3-pointer mal-horn finali.
Depiro: R. Vella 22, B. Zammit 2, M. Sammut 1, G. Muscat 4, A. Aquilina 2, A. Tabone 2, M. Mallia 2, C. Cassar 4, E. Lupo 24, A. Costa 4, I. Tanti, D. Agius 5.
Qormi: W. Grixti 12, A. Grech 4, K. Scicluna 11, J. Anastasi, A. Camilleri 5, J. Sant, R. Formosa 7, J. Dalli, R. Baldacchino 8, C. Bugeja, S. Cauchi 2, A. Baldacchino 6.
Refs: Emmanuel Mangani, Jean Paul Sammut, Alfred Carbonaro
Kif jinsabu
Gatorade Div 1 Men





Laghbu
Rebhu
Tilfu
Favur
Kontra
Pti
Championship Pool



Sliema 12 11 1 932 725 23
Siggiewi 12 9 3 874 712 20
Luxol 12 6 6 922 671 16
Relegation Pool



Depiro 12 5 7 700 751 16
Qormi 12 3 9 642 864 14
Floriana 12 2 10 659 954 13

Tieni Divizjoni Irgiel Play-offs Semi Finali
Tieni Loghba
Mosta 52 – Loyola Xuereb Installations 49 (8-12, 18-25, 31-35)
Mosta sfruzaw it-tielet partita decisiva fis-serje meta ghelbu lil Loyola wara konfront ferm bilancjat u li seta’ mar kull naha. Loyola dehru aktar xolti fl-ewwel taqisma u fil-fatt marru 25-11 minn fuq sakemm Mosta (u dan forsi kien il-mument determinanti ghaliex sussegwatament Mosta bdew jemmnu fic-cansijiet taghhom) irnexxilehom inaqqsu d-distakk ghal seba’ punti fil-mistrieh. L-iskor sar wiehd ta’ parita kmieni fit-tieni taqisam u sal-horn finali, iz-zewg nahat bdew iwiegbu lil xulxin.
Ghalkemm il-loghab fethet b’zewg baskets mill-aqwa skorer tal-partita, Sassoun saakian ghal Mosta, kienu Loyola li mall-hin bdew juru aktar precizjoni u sa tmiem l-ewwel perjodu (li kien pjuttost skars mill-punti) marru 12-8 min fuq fejn Jonathan Ransley, Joe Vella u Graham Coleiro qasmu l-punti. It-tieni perjodu beda b’zewg 3-pointers minn Loyola (permezz ta’ Stefan Vella u Joe Vella) u ftit wara Bernard Soler zied il-vantagg ghal 20-8.
Ftit minuti wara kien hemm vantagg massimu ghal Loyola, 14-il punt, 25-11 wara free throws minn Coleiro u Jena Falzon. Madankolu Mosta dahlu sew lira fil-loghba sal-mistrieh hekk kif huma kisbu break ta’ 7-0 b’hames punti minn Saakian u basket minn Kevin Bonnici. Fl-ewwel nofs tat-tielet perjodu Mosta kisbu break ta’ 9-0 u 3-pointer minn Oliver Sammut gab il-parita’ 27-27. Zewg minuti wara l-punti baqghu ndaqs 31-31 sakemm fl-ahhar battuti tal-perjodu Loyola regghu hadu l-vantagg ghal 35-31 b’baskets minn Clint Grixti u Soler.
L-importanza tal-konfront inhass miz-zewg nahat fl-ahhar perjodu. Kienu Mosta li kmieni feggew fuq quddiem, 38-37, wara seba’ punti konsekuttivi u ghal hames minuti shah huam baqghu fil-vantagg b’Saakian jikseb il-punti u Loyola jippruvaw jirrispondu. Hames punti (basket minn Falzon u tliet punti minn Coleiro) wara xulxin poggew lil Loyola fuq quddiem ghal 49-48 meta beda riesaq il-horn finali.
Fuq in-naha opposta Bonnici kiseb bakset importanti li rega’ ta’ vantagg minimu lil Mostin. Kien fadal nofs minuta u Loyola fallew il-pussess taghhom u hekk kif Mosta hadu l-ballun Loyola waqfu l-arlogg. Saakian zamm il-kalma u ghamel iz-zewg freethrows ghal 52-49 meta kien fadal hames sekondi. Loyola kellhom l-ahhar cans izda xutt ta’ tliet punti falla l-mira sabiex issa l-finalsit jigi zgur deciz fit-tielet partita tas-serje.
Mosta : J. Micallef, K. Fabri, K. Bonnici 6, A. Pace, R. Abela, R. Muscat 2, O. Sammut 11, M. Spiteri, S. Saakian 33, S. Schembri.
Loyola : M. Farrugia, G. Micallef, J. Vella 9, J. Falzon 5, B. Soler 7, J. Vassallo, S. Vella 5, K. Galea, S. Pace, C. Grixti 4, J. Ransley 8, G. Coleiro 11.
Refs: Bernard Vassallo, Clive Terribile

Mellieha SVS Leisures 72 – SN Suns Bell Med 48 (18-6, 31-20, 48-35)
Mellieha SVS Leisures saru l-ewwel finalist ghas-serje final ital-play-offs 2007 ghat-Tieni Divizjoni meta ghelbu lil Suns u rebhu s-serje 2-0. Determinanti ferm kien il-break ta’ 16-0 li Mellieha kisbu fl-ewwel perjodu wara li Suns kienu marru 4-2 minn fuq b’baskets minn Hubert agius.
B’dan il-break (b’Saviour Magro u Matthew Cauchi l-aktar precizi) Mellieha fethu vantagg b’figura doppja li huma mbaghad dejjem amministraw minkejja t-tentattivi ta’ SN Suns. L-aqwa ta’ l-istess Suns wasal fil-ftuh tat-tieni perjodu meta huma resqu sa hames punti minn taht, 15-20 wara 3-pointer minn Anthony Shoults.
Madankollu hawn waslu l-ewwel punti minn Julian Naudi meta dan kiseb zewg 3-pointers wara xulxin u rega pogga lil Mellieha 26-15 komdi fil-vantagg. L-ewwel taqsima ghalqet 31-20 u fl-ewwel battuti tat-tieni taqsima Mellieha ziedu l-vantagg ghal 19-il punt meta kisbu tmien punti konsekuttivi. Lejn l-ahhar tat-tielet perjodu, bl-iskor 44-23, Suns kisbu break massimu ta’ 10-0 izda Mellieha xorta kienu ghadhom jistghu iserrhu rashom fuq vantagg b’figura doppja.
L-ahhar tentattiv ta’ Suns wasal f’nofs l-ahhar perjodu meta punti ohra minn H. Agius u Shoults wassluhom sa 47-58 minn taht, izda hawn il-loghba nghalqet b’mod definit meta it-team imexxi minn Hilary Fenech irregistra break ahhari ta’ 14-0 b’Ben Aquilina u Robert Loporto l-aktar precizi wara li sehibhom Naudi kien ippottja 23 punt.
Issa Mellieha jistennew il-loghba decisive bejn Loyola u Mosta sabiex jkunu jafu lil min se jiffacjaw fis-serje finali fejn fin-nofs se jkun hem mil-promozzjoni ghall-Ewwel Divizjoni. Mellieha: S. Magro 16, M. Cauchi 6, J. Naudi 23, S. Aquilina 2, P. Magro 4, B. Aquilina 6, J. Aquilina, H. Fenech, S. Grima, M. Pisani 3, R. Loporto 12.
Suns: D. Agius 5, A. Camilleri 2, R. Camilleri, H. Agius 17, M. Barberi 5, B. Cini 3, A. Shoults 16.
Refs: Emmanuel Mangani, Clive Terribile


Nisa Peugeot League



Championship Pool




Laghbu
Rebhu
Tilfu
Favur
Kontra
Pti
Hibs 14 13 1 990 513 26
Depiro 14 10 4 785 624 23
Loyola 14 8 6 692 665 21
Classification Pool



Luxol 15 9 6 866 619 24
Kerygma 15 7 8 686 754 21
Sliema 15 4 11 662 814 17
Suns 15 0 15 336 1030 12